Kunsilli Lokali Lokali

Il-UĦM tgħid li l-Gvern mhux jonora l-wegħda tiegħu

Korrispondenza li ntbagħtet l-Erbgħa lill-Kunsilliera spjegat id-direttivi li l-UĦM tat lis-Segretarji Eżekuttivi. Id-direttivi daħlu fis-seħħ għax l-Awtoritajiet konċernati ma taw l-ebda widen għat-talbiet ġustifikati tas-Segretarji Eżekuttivi.

Qed ikun mitlub li s-Segretarji jieħdu dak li ħaqqhom, u m’huma jitolbu xejn aktar minn dawk li diġà għandhom karigi oħrajn persuni li jaħdmu mas-settr pubbliku/ċiviku u li jġorru l-istess responsabbiltajiet. Huma qalu li dawn id-diskussjonijiet ilhom għaddejjin mill-2018, sentejn qabel il-pandemija.

Fl-email kien hemm mehmuż proposta tal-Partit Laburista fil-programm elettorali, fejn il-kapitlu Kunsilli Lokali kien jgħid hekk:

Il-UĦM qalu li l-Assoċjazzjoni tal-Kunsill Lokali bagħtet messaġġ bil-WhatsApp lis-Sindki kollha b’intenzjoni li jiġġustifika dak li ġie offrut lis-Segretarji Eżekuttivi.

L-email ikompli jgħid li l-Programm Elettorali jinkiteb biex jitwettaq u l-Prim Ministru attwali dan għadu ma wettqux.

“Fid-dawl ta’ dan, se nħalli frott l-intelligenza tagħkom biex tagħrfu min għandu raġun u min mhux qed jgħid il-verità”.

Ikkummenta