Lokali Mużika

La Vita è Bella, serata mimlija b’kompożizzjonijiet ta’ Ennio Morricone

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se tkun qed ittella’ serata fejn se tkun qed tinterpreta numru ta’ kompożizzjonijiet ta’ Ennio Morricone.

Fost l-oħrajn mużika orkestrali bħal Cinema Paradiso, The Mission u Once Upon a Time in the West.

Is-serata se ġġib l-isem La Vita è Bella u wieħed se jkun jista’ jsegwi dan kollu onlajn.

Din is-serata se tkun imtella’ b’kolaborazzjoni mal-Bank of Valletta. Wieħed jista’ jara dan l-ispettaklu fuq Facebook u YouTube tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.