Lokali Qorti

Miċħud mandat ta’ inibizzjoni dwar il-garanzija bankarja bejn il-pitkala u l-Gvern

Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili preseduta mill-Imħallef Toni Abela ma laqgħetx talba għall-mandat ta’ inibizzjoni li tressaq mill-Assoċjazzjoni tal-Pitkala dwar il-garanzija bankarja bejn il-pitkala u l-Gvern maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ħlas li l-pitkala jagħtu lill-bdiewa fl-aħħar tax-xahar.

Fil-jiem li għaddew inqala’ diżgwid bejn il-pitkala u l-Gvern dwar il-garanzija bankarja, li hija intiża biex tagħmel tajjeb għall-ħlas li l-pitkala jagħtu lill-bdiewa fl-aħħar tax-xahar. Fil-pitkalija eskalat sitwazzjoni bil-pitkala eżistenti jispiċċaw bla liċenzja.

Il-pitkala intavolaw mandat ta’ inbizzjoni li permezz tiegħu kienu qed jitolbu li ħadd ma jista’ jagħmel bejgħ fil-pitkalija u kwindi riedu jwaqqfu l-operat totali tal-pitkalija.

Fil-mandat indikaw raġunijiet ta’ diskriminazzjoni għaliex kien qed jingħad illi mhux il-pitkala kollha huma mitluba jipprestaw l-istess ammont ta’ garanzija.

Għaldaqstant id-deċiżjoni tal-Qorti tfisser li l-Ħamis, 8 ta’ April, il-pitaklija se topera b’mod normali, u dan għal dawk li għandhom liċenzja u anke l-koperattiva se joperaw b’mod normali, l-bdiewa għandhom jidħlu għax-xogħol u jistgħu jbigħu l-prodotti taggħom.

Il-pitkala kienu qed jilmentaw għaliex l-għaqdiet tal-bdiewa li jbiegħu l-prodotti tagħhom ma jipprestawx garanzija Fil-pitkalija dan l-aħħar irrenja kaos bl-Għaqda Bdiewa Attivi ukoll kienet tinsab imħassba hekk kif il-Pitkala kienu qed jitolbu sabiex ma jħallsux il-garanzija li huma mitluba jħallsu biex il-bdiewa jitħallsu tal-prodott tagħhom fil-ħin.

Fil-passat kien ikun hemm każijiet fejn il-bdiewa kienu jdumu ħafna ma jitħallsu mill-Pitkala għall-prodotti tagħhom u allura l-Gvern kien ħaseb biex jissalvagwardja l-interess tal-bdiewa billi jitlob lill-Pitkala garanzija bankarja li tkun tista’ tagħmel tajjeb f’dawn iċ-ċirkustanzi. Dan fisser li liċenzja ta’ Pitkal tingħata biss jekk titħallas din il-garanzija.

Fil-pitkalija kienet eskalat sitwazzjoni fejn il-pitkala eżistenti spiċċaw bla liċenzja. Dan wara li din skaditilhom fil-31 ta’ Marzu 2021 ma ġedduhiex. Il-liġi tordna illi kull pitkal irid jagħmel garanzija bankarja sabiex jiggarantixxi li se jonora l-obbligi tiegħu vis-a-vis il-bdiewa. Il-liġi timponi 10% garanzija