Huma bosta l-persuni li qed jagħmlu kuntatt ma’ Net News għal mod hekk kif qed jitqassam u jingħata l-vaċċin tal-Covid-19, hekk kif issa jidher li l-vaċċin mhux jingħata.
L-ilmenti li issa qed nirċievu mhux biss huma dwar il-loġistika marbuta mal-vaċċin, u kif diversi persuni qed jispiċċaw ikollhom imorru lura d-dar minħabba taħwid fl-appuntament li jingħataw, imma qed jgħidulhom li m’hemmx vaċċin.
Uħud mill-anzjani u persuni li tkellmu magħna qalulna li qed jivjaġġaw għal-lokalitajiet ‘il bogħod b’Tal-Linja, biex imbagħad ma jtuhomx it-tilqima. Ħafna indikaw li marru l-Gżira, il-Mellieħa, il-Ħamrun, Tal-Pietà u l-Floriana u Għawdex kellhom jduru lura. Irċivejna messaġġi li din il-problema tinsab ukoll fl-isptar Mater Dei.
“Issa se jibdew jinġemgħu aktar nies, ma tawnix ħin, ma nafux meta għandna mmorru, qed inċemplu u ħadd mhu jwieġeb”
Intant sar magħruf li l-anzjani li lbierah qalulhom biex imorru dalgħodu fil-bereġ tas-saħħa, dalgħodu reġgħu ntbagħtu d-dar għax ma hemmx vaċċin. Ma’ Net News tkellmu wkoll għadd ta’ anzjani fejn qalu li ċemplu 145, u qalulhom li ma jafux kif jistgħu jgħinuhom, għax dan in-nuqqas ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tagħhom.
Persuni oħra li tkellmu magħna qalulna li postijiet bħal Ħal Qormi u Ħaż-Żebbuġ kellhom vaċċin, u din ingħatat b’mod normali.
Ilbieraħ Net News ħareġ storja fejn indika kif persuni ntalbu jmorru lura d-dar u jerġgħu jmorru waranofsinhar. Kien hemm ukoll uħud li meta marru qalulhom biex jerġgħu imorru għall-vaċċin matul il-weekend, għax tilqima ma kienx hemm.
//= $special ?>