Futbol Sport

PSG jegħlbu lil Bayern Munich fl-Allianz Arena f’partita missielta

(Ritratt: EPA)

Fir-repetizzjoni tal-finali tal-UEFA Champions League tal-istaġun li għadda PSG din id-darba rnexxielhom jirbħu lil Bayern Munich fl-Allianz Arena bl-iskor ta’ 3-2. Bayern Munich kienu mingħajr l-attakkant prolifiku Robert Lewandowski b’PSG kienu qegħdin ifttixu li jpattu għad-disfatta li kellhom fil-finali l-istaġun li għadda.

PSG marru fil-vantaġġ ħewġ minuti mill-bidu tal-partita hekk kif minncpass ta’ Neymar, kien KYLIAN MBAPPE li b’xutt b’saħħtu għeleb lil Manuel Neuer fuq l-ewwel lasta. PSG rdoppjaw fid-29 minuta meta minn cross għal darb’oħra tal-Brażiljan Neymar, kien il-kompatrijott MARQUINHOS li bil-kalma niżżel il-ballun u waħda ma’ Neuer poġġa l-ballun fir-rokna tax-xibka għal 2-0. Minkejja dan l-eks tal-partita ERIC MAXIM CHOUPO MOUTING naqqas id-distakk fis-37 minuta meta minn cross minn fuq il-lemin għeleb b’daqqa ta’ras tajba li Keylor Navas għal 2-1.

PSG marru viċin li jagħmluwhom tlieta fit-52 minuta meta wara li biddlu l-ballun tajjeb bejniethom Mbappe u Neymar, dan tal-aħħar ikkonkluda fil-baxx, bil-gowlkiper Manue Neuer isalva kif seta’, biex it-tieni tentatativ ta’ Di Maria kien maqlugħ minn fuq il-linja. Ftit minuti wara Bayern Munich kienu vi      in il-gowl tad-draw meta ix-xutt ta’ David Alaba kien mdawwar f’corner minn Keylor Navas. MInkejja dan, Bayern Munich rnexxielhom jiksbu l-gowl tad-draw fil-61 minuta meta minn free kick preċiż ta’ Joshua Kimmich, kien il-Ġermaniż THOMAS MULLER li bir-ras tefa’ l-ballun fix-xibka għal 2-2.

Iżda PSG reġgħu ħadu l-vantaġġ meritatament fid-69 minuta meta minn kontrattakk veloċi Neymar għal darb’oħra għadda lejn KYLIAN MBAPPE li skorja it-tieni gowl personali u t-tielet wieħed ta’ PSG għal 3-2.