Lokali

Raġel iweġġa’ gravi f’residenza f’Raħal Ġdid

Raġel ta’ 53 sena weġġa’ gravi waqt li kien qed jaħdem bic-chaser.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax u kwart ta’ dalgħodu f’razzett fi Triq Giuseppe Garibaldi, Raħal Ġdid.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 53 sena residenti Raħal Ġdid, weġġa’ waqt li kien qed jaħdem b’chaser.

Fuq il-post wasal tim mediku li tah l-ewwel għajnuna u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.