Lokali Qorti

Il-Qorti se tiddeċiedi tilqax talba tal-aħwa Degiorgio biex jiġu preżentati l-istqarrijiet tal-“Koħħu”

Il-Qorti Kriminali preseduta mill-Imħallef Edwina Grima semgħet talba tal-aħwa George u Alfred Degiorgio, akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia biex l-istqarrijiet ta’ Vince Muscat, “Il-Koħħu” jiġu ppreżentati fil-proċeduri kontrihom.

L-Imħallef se tiddeċiedi jekk id-dikjarazzjonijiet mogħtija minn Vince Muscat lill-pulizija humiex se jiddaħħlu fil-każ tal-qtil kontra l-aħwa Degiorgio.

It-talba saret f’rikors ippreżentat mill-Avukat tal-aħwa William Cuschieri u dan wara li Muscat ta’ 58 sena ġie kundannat 15-il sena ħabs wara li ammetta li qatel li Daphne Cauana Galizia. Il-Qorti mistennija tiddeċiedi jekk hux se tilqa’ l-imsemmija talba fis-sigħat li ġejjin.

Muscat ma ngħatax il-piena massima ta’ għomor ħabs minħabba li huwa għen il-Pulizija fl-investigazzjonijiet filwaqt li ngħata l-proklama fuq il-qtil tal-Avukat Carmel Chircop wara li kixef min kien wara l-qtil tiegħu.

L-Avukat Cuschieri qal li jekk fl-istqarrijiet hemm xi ħaġa dwar każijiet oħra din tista’ ma tiġix preżentata, qal li kull ma jinteressah huwa l-każ tal-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia.

L-akkużati qed jitolbu kopja ta’ sqarrijiet li għamel Muscat mal-Pulizija u kopja ġuramentata fid-depożizzjoni tiegħu fl-inkjesta. L-Imħallef Grima staqsiet lis-Supretendent Keith Arnaud jekk hijiex possibbli li l-istqarrija tkun editjata.

Arnaud ikkonferma li fl-istqarrijiet hemm depożizzjoni mhux biss dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, iżda fuq każijiet oħra. Huwa qal li ‘hard copies’ tista tagħmilha, iżda dvd’s hemm diversi fejn ġieli jibdew u jispiċċaw minn avveniment għal ieħor.

L-Imħallef Grima qalet li mportanti li ma jiġux maqtugħin stqarrijiet li għad-difiża huma relevanti. Il-Qorti ssuġġeriet jekk tiġix preżentata l-istqarrija ta’ quddiem il-Maġistrat inkwerenti biss, jekk dawn huma simili għall-istqarrijiet li ngħataw lill-Pulizija.

Is-Supretendent Keith Arnaud qal li jekk tista’ tingħata ‘hard-copy’ u xi ħadd jingassa fejn m’hemmx għalfejn jissemmew każijiet oħra. Arnaud qal ukoll li fil-viżwal ma jissemmewx ismijiet u ssir referenza biss referenza bl-ittri, bħal, persuna A jew persuna B.

Kompla jgħid li fl-inkjesta jissemmew xi ismijiet u dan fil-każ tal-qtil tas-Sinjura Caruana Galizia. Id-difża qalet li Vince Muscat beda jagħti l-istqarrijiet sa mill-2017.

L-Imħallef tgħid lid-difiża, “jekk nilqa’ t-talba, għandek problema li dan l-eżerċizzju jsir mill-Pulizija?” L-Avukat Cuschieri, wieġeb li le. Qal li ma jsib l-ebda oġġezzjoni li jiġu esebiti biss l-istqarrijiet li saru quddiem il-Maġistrat Inkwerenti fl-atti tal-inkjesta li huma biss relevanti għall-atti ta’ dan il-każ.

Mhux qed joġġezzjona li jkunu l-Pulizija stess li jaqtgħu mill-sitqarrijiet il-partijiet mhux relevanti għal dan il-każ, u tiġi esebita biss mir-reġistratur tal-qorti mogħtija mill-Maġistrat Inkwerenti u relevanti għal dan il-każ u jinqatgħu barra dawk il-partijiet mhux relevanti.

L-Avukat Cuschieri għamel referenza għad-digriet li kien ngħata fi Frar mill-Qorti Struttorja. Minn naħa tiegħu l-Avukat Philip Galea Farrugia qal li d-difiża qed tirreferi għal evidenza materjali u li d-diffikultà li għandu li l-intervisti li saru ma’ Muscat, saru b’għan partikolari u li l-istqarrijiet tiegħu ngħataw għal għan partikolari, dik tal-proklama.

Tenna li dawn l-istqarrijiet qatt ma ntużaw għal xi proċeduri oħra. Il-Qorti Kriminali qalete li se tiddeċiedi aktar tard. Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mid-Deputat Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia, s-Supretendent Keith Arnaud u l-Ispettur Kurt Zahra.