Sport Sport Ieħor

Yazmin Zammit Stevens b’żewġ rekords nazzjonali fil-Kampjonati Ewropej

Il-weightlifter Maltija Yazmin Zammit Stevens rnexxielha tikser żewġ rekord nazzjonali fil-Kampjonati Ewropej li qed isiru f’Moska, ir-Russja.

Zammit Stevens rnexxielha terfa’ 88 kilogramma fl-isnatch kif ukoll 102 kilogrammi fil-clean and jerk. Il-Maltija rnexxielha tikseb dawn ir-rekords fil-kategorija tal-71 kilogramma, fejn tmien ġimgħat ilu biss kellha tagħmel operazzjoni f’idha.

Zammit Steven tinaqgħad mal-weightlifter żagħżugħa Tenishia Thornton fejn qed jagħmlu isem ‘il pajjiżna f’kompetizzjonijiet internazzjonali, hekk kif fl-aħħar tal-ġimgħa li għaddiet Thornton rnexxielha tikser ħames rekords nazzjonali fil-kategorija tad-49 kilogramma.