Futbol Sport

Arsène Wenger jipproponi tibdil fir-regola tal-offside

L-eks coach ta’ Arsenal Arsène Wenger qed jipproponi li għat-Tazza tad-Dinja tal-2022, l-offside tkun deċiża b’mod awtomatiku. Wenger li llum jokkupa l-kariga bħala Head of Football Development fi ħdan il-FIFA qal l-assistent referee għandu jkun indikat b’teknoloġija speċjalizzata li player ikun f’pożizzjoni ta’ offside. Wenger spjega li b’dan il-mod jonqos il-ħin li r-referee jrid jagħmel jiċċekja wara azzjoni.

Din il-proposta tista’ titqies bħala evoluzzjoni fil-logħba tal-futbol hekk kif diġa qed titnuża t-teknoloġija (VAR) biex f’każ dubjuż ikun determinat hux f’pożizzjoni ta’ offside.