Lokali

Fil-jum li sar jaf li se jispiċċa bla xogħol… jiskopri li ibnu għandu kanċer u l-COVID

Player tal-futbol professjonali li jilgħab f’pajjiżna ħa l-aħbar kerha li ibnu, Luca sfortunatament beda l-ġlieda tiegħu kontra l-kanċer. Fl-istess jum, Luca ttestja wkoll pożittiv għall-COVID-19, li tfisser li t-tifel hu ferm iktar vulnerabbli.

L-aħbar għal din il-familja Brażiljana waslet fl-istess jum li l-missier sar jaf li se jispiċċa bla xogħol. Dan għaliex il-kuntratt tiegħu jiskadi fil-ġimgħat li ġejjin, waqt li l-futbol f’Malta mistenni jibqa’ wieqaf minħabba l-pandemija.

Dan wassal biex diversi players lokali bdew inizzjattiva biex jiġbru l-fondi u jtaffu ftit mill-eluf ta’ ewro fi spejjeż li trid taffaċja din il-familja. Qed jinġabru wkoll donazzjonijiet tal-ikel bl-għan li l-familja tkun tista’ tiffoka l-ispejjeż tagħha fuq il-kura ta’ binha.

Min jixtieq jgħin jista’ jgħaddi donazzjonijiet fuq Revolut tal-player Romeu Romao, li hu ħabib tal-missier, fuq in-numru 99797986 jew BOV Mobile Pay fuq l-istess numru.