Basketball Sport

Il-Kampjonati kollha tal-kbar tal-basketball ikkanċellati

Wara laqgħa urġenti tal-Kunsill tal-Malta Basketball Association wara li lbieraħ tħabbar li l-isport f’pajjiżna ma jistgħax ikompli minn nhar it-Tnejn, kien deċiż li l-Kampjonati kollha tal-kbar, jiġifieri l-BOV Kampjonat l-Ewwel Diviżjoni tal-Irġiel, il-Kampjonat MAPFRE MSV Life tan-Nisa, l-Kampjonat BOV Amateur tal-Irġiel u l-BOV Knock-out tal-Irġiel ġew ikkanċellati u sussegwentament jiġu ddikjarti ‘null’

Is-sentiment tal-klabbs waqt il-laqgħa kien wieħed ta’ diżappunt hekk kif minkejja l-protokolli kollha li kien hemm fis-seħħ mill-MBA, il-Kampjonati kellhom jiġu kkanċellati għat-tieni sena konsekuttiva. Matul l-istaġun, l-MBA flimkien mal-klabbs aċċertaw li s-saħħa tal-players u dawk kollha nvoluti tkun rispettata billi provdew swab-tests lil kull player u uffiċjal qabel kull partit kif ukoll aċċertaw li l-ambjent ikun sigur.