B’mozzjoni mressqa mill-Kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista fil-Gudja Mark Anthony Sammut u Stefan Caruana, rebaħ is-sens komun u ġiet solvuta sitwazzjoni ta’ kunflitt li faċilment setgħet ġiet evitata. Dan mingħajr ma fittxew l-ebda intervent partiġġjan jew politiku għal kwistjoni li sa mill-bidu emmnu li kienet purament lokali.
Fi stqarrija, Sammut u Caruana qalu li l-kunflitt li nqala’ fl-aħħar xhur dwar il-lokazzjoni ta’ żewġ monumenti li ntalbu miż-żewġ Soċjetajiet Mużikali tal-Gudja, inqala’ biss frott il-logħob tat-tfal tas-Sindku Marija Sara Vella, li ppruvat twiegħed l-istess ħaġa liż-żewġ Għaqdiet biex tipprova tintgħoġob ma’ kulħadd, filwaqt li naqset milli tinforma lill-kumplament tal-Kunsill Lokali bil-fatti kollha u bil-korrispondenza kollha li rċeviet.
Iżda grazzi għall-Mozzjoni tal-Kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista, li għaddiet b’żewġ voti favur u astensjoni waħda, iż-żewġ Għaqdiet se jkunu jistgħu jwettqu l-monument mixtieq minnhom f’post li jissodisfa x-xewqat tagħhom.
Fl-istess Mozzjoni, il-Kunsill Lokali kkundanna wkoll lill-istess Sindku li f’dawn ix-xhur ippruvat taħli l-ħin tal-Kunsill u li, biex iddawwar deċiżjoni, saħansitra waslet tirrapporta lilha nnifisha lid-Dipartiment tal-Gvern Lokali, li ma segwietx l-Ordnijiet Permanenti mingħajr ma refgħet responsabbiltà politika dwar dan.
//= $special ?>