Il-Kurja qed tavża li l-iskejjel tal-Knsija fil-livell ta’ Kindergarten u Primarju se jiftħu fiżikament nhar it-Tnejn 12 t’April b’osservanza tal-protokolli tas-saħħa. L-iskejjel li kellhom sistema ta’ attendenza atlernata minħabba l-ispażhu li għandhom se jkomplu b’dik is-sistema.
L-iskejjel Sekondarji se jibdew lezzjonijiet online nhar it-Tnejn 12 t’April u se jiftħu fiżikament l-Erbgħa 14 t’April. Kull skola se tiddeċiedi liema snin u liema klassijiet se jattendu dakinhar, ekwivalenti ta’ żewġ forms, bil-kumplament jibdew fiżikament il-Ġimgħa.
Xi skejjel sekondarji wkoll għandhom sistema ta’ attendenza alternata minħabba spazju limitat. Nhar l-Erbgħa xi skejjel sekondarji tal-Knisja se jkollhom l-ezamijiet tal-Form 5s.
Sixth forms tal-Knisja se jiftħu nhar it-Tnejn 12 t’April skont l-indikazzjonijiet li se jagħtu l-kapijiet taħghom.
Fl-istess ħin se jkomplu d-diskussjonijiet sabiex ikun jistgħu jiftħu fiżikament skont il-protokolli tas-saħħa.
Il-Kurja ħeġġet lill-ġenituri jsegwu l-indikazzjonijiet li se jkunu qed jirċievu mill-iskejjel rispettivi.
//= $special ?>