Futbol Sport

Il-Malta Football Players’ Parents Group (MFPPG) jseprimi d-diżappunti għad-deċiżjoni tal-awtoritajiet

Il-Malta Football Players’ Parents Group (MFPPG) esprima diżappunt u stmerrija għad-deċiżjoni tal-awtoritajiet li tfisser li t-taħriġ u l-isport organizzat se jibqa’ mhux permess. Il-Grupp iddikjara li l-isport għandu jimxi id f’id mal-edukazzjoni u għalhekk id-diżappunt hu li ma tteħditx konsiderazzjoni tal-impatt soċjali li din id-deċiżjoni se tħalli fuq it-tfal u żgħażagħ.

Waqt li jfakkar fil-benefiċċji tal-isport, l-istqarrija tirrimarka li l-ġenituri qed jinnutaw diversi sinjali inkwetanti fit-tfal tagħhom, fosthom bidla fl-attitudni u l-imġieba tat-tfal kawża tal-frutsrazzjoni li ma jistgħux jipprattikaw l-isport. Dan waqt li l-Grupp jinnota li studji riċenti juru li l-isport hu l-inqas li qed iwassal għat-tixrid tal-virus u għalhekk ma jagħmilx sens li t-tfal se jirritornaw għat-taħriġ mill-inqas f’Awwissu, wara li jkunu spiċċaw qattgħu sitt xhur mingħajr ma jitħarrġu jew jipprattikaw l-isport.