Lokali

“Il-ONE sar fossa, fejn il-falsità tkun ripetuta kuljum” – Mark Camilleri

Mark Camilleri jgiddeb lil Robert Abela

Iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mark Camilleri insista li l-Prim Ministru Robert Abela mhux talli ma jridx jaħdem miegħu, talli skont Camilleri kien wera internament li “mhuwiex interessat jaħdem miegħi u ma’ nies bħali. Din hi l-verità.”

Hekk stqarr l-eks delegat Laburista f’messaġġ twil li poġġa’ fuq il-media soċjali ftit tal-ħin ilu.

Ilbieraħ il-Prim Ministru Robert Abela qal li hu jrid ikompli jaħdem ma’ nies bħal Mark Camilleri, Jeremy J Camilleri u anke Lynn Chircop. Iżda kemm Lynn Chircop, u issa anke Mark Camilleri, qed igiddbu l-kliem li qal Abela fuq it-televiżjoni.

Mark Camilleri saħaq li mhux vera hemm rieda li jinbidlu l-affarijiet u li l-problema mhijiex ta’ erba’ minn nies, imma ħafna ikbar minn hekk.  Camilleri jgħid li l-problema hija kif issir il-politika u l-ekonomija f’Malta. 

L-eks delegat Laburista tkellem ukoll dawr il-ħmieġ li qed joħroġ jum wara l-ieħor mill-media Laburista u qal li “il-ONE sar fossa, fejn il-falsità tkun ripetuta kuljum”. Dan qed isir bil-barka ta’ Robert Abela.