Il-Fondazzjoni tal-Moda Maltija esprimiet id-diżappunt tagħha għall-mod kif ittieħdu miżuri dwar ħwienet tal-isitilisti tax-xagħar, tat-trattamenti tas-sbuħija u tad-dwiefer fost oħrajn. Il-FAM qalet li dawn id-deċiżjonijiet ittieħdu mingħajr ma saret konsultazzjoni.
Il-FAM spjegat kif il-hairdressers, beauticians u nail technicians kienu fost l-aktar stabbilimenti li kellhom protokolli stretti ta’ iġjene u li investew biex setgħu jimxu skont il-protokolli mitluba mill-awtortajiet.
Izda minkejja dan kollu, dawn l-istabbilimenti inżammu magħluqin għal ġimgħatejn oħra.
Il-Fondazzjoni qalet li minbarra t-telf ta’ ġimgħatejn oħra xogħol, dawn il-ħwienet kienu ddiskriminati wkoll għaliex fejn ħaddieħor ingħata wage supplement u anke ammont ta’ flus apparti, huma qed jingħataw biss wage supplement.
Din is-sitwazzjoni tista’ twassal għal telf ta’ impjiegi f’dawn l-oqsma, kif ukoll għal għeluq ta’ xi stabbilimenti.
Filwaqt li tifhem il-ħtieġa ta’ deċiżjonijiet biex titwaqqaf il-pandemija, il –Fondazzjoni tal-Moda qalet li hemm bżonn li l-awtoritajiet jikkonsultaw speċjalment f’setur li m’għandhomx għarfien fih. Dan, qalet il-fondazzjoni, kien jiffrankalhom ħafna telf ta’ kummerċ.
//= $special ?>