Coronavirus Futbol Sport

“L-isports m’għandux ikun ikkonsidrat bħala passatemp imma bħala xi ħaġa essenzjali”- MFPA

Il-Malta Football Players Association fi stqarrija b’reazzjoni għall-projbizzjoni tal-isport u għall-kumment tal-Prim Ministru Robert Abela b’refernza għall-isports bħala passatemp, il-Malta Football Players Association qalet li l-isport m’għandux ikun ikkonsidrat bħala passatemp iżda bħala xi ħaġa essenzjali għas-saħħa fiżika u mentali ta’ ħafna nies.

L-MFPA żiedet tgħid li ħafna minn nies involuti f’dan is-settur huma professjonisti u b’hekk jiddependu mill-isports għall-għixien tagħhom. L-istqarrija kompliet tgħid li hija ta’ diżappunt li l-isport ma tkompliex meta wieħed jikkonsidra li l-protokolli implimentati mill-assoċjazzjonijiet fix-xhur li għaddew kienu effettivi tant li żammew ir-rata ta’ infezzjonijiet fl-isport f’livell baxx.

L-Malta Football Players Association temmet tgħid li fil-futur dan il-waqfien se jikkawża konsegwenzi serji filwaqt li inaqgħdu mal-MFA u assoċjazzjonijiet sportivi oħra f’appell lill-Gvern biex l-isport jirritorna mingħajr aktar dewmien.