Sport Sport Ieħor

L-Open ta’ Franza pospost b’ġimgħa

L-Open ta’ Franza li kien mistenni jibda fit-30 ta’ jum ġie pospost b’ġimgħa biex b’hekk se jkun qed jibda fit-13 ta’ Ġunju ġimgħatejn qabel ma jibda t-tournament ta’ Wimbledon. Dan qed isir sabiex ikunu jistgħu jattendu aktar partitarji.

Bħalissa Franza tinsab fit-tielet lockdown wara żieda qawwija fil-każijiet ta’ coronavirus bil-President Franċiż Emmanuel Macron jgħid li se jibda jerħi r-restrizzjonijiet matul ix-xahar ta’ Mejju.

Il-Frederazzjoni Franċiża tat-Tenni qalet li d-deċiżjoni li tipposponi dan it-tournament hija l-aħajr waħda hekk kif is-sitwazzjoni b’rabta mal-pandemija mistennija titjieb matul ix-xhur li ġejjin u b’hekk tagħti opportunità lill-aktar partitarji sabiex jattendu.

Is-sena li għaddiet ir-Roland Garros kien pospost għal Settembru fejn Rafael Nadal rebħa il-kategorija tal-irġiel filwaqt li Iga Swiatek rebħet il-kategorija tan-nisa.