Sport Sport Ieħor

Rachel Mifsud b’esperjenza ma’ A.S.D TT Ausonia Enna fi Sqallija

L-atleta Maltija tat-Table Tennis, Rachel Mifsud, minkejja l-ostakoli kollha kawża tal-pandemija tal-COVID-19 il-ġimgħa li għaddiet sifret lejn Sqallija sabiex tirrapreżenta lill-A.S.D TT Ausonia Enna. Hi kienet akkumpanjata mill-coach tagħha Katia Mifsud.

Il-klabb Sqalli telgħa fl-ewwel post tal-klassifika fis-Serie B Femminile wara li Rachel Mifsud irnexxielha tirbħa tlieta mill-erbgħa logħbiet tagħha. F’Mejju li ġej, Mifsud se tkun qed tilgħab fil-play-offs tal-istess kampjonat b’ċans li t-tim tagħha jkun promoss għas-Serie A Femminile.

Il-Malta Table Tennis Association b’ftehim mal-Federazzjoni Taljan għenet lill-bosta membri tagħha biex jkunu jistgħu jikkompetu f’kampjonati fl-Italja. L-istess assoċjazzjoni ħabbret li għalissa l-avventimenti kollha b’rabta mat-Table Tennis f’pajjiżna huma sospiżi.