Kmieni dalgħodu, il-Pulizija kienu msejjħa f’Ħal Lija wara li instab raġel mejjet f’latrina.
Ir-rapport daħal għand il-Pulizija għall-ħabta tas-6:15am, u mal-ewwel waslu fiz-zona quddiem il-Knisja ta’ Ħal Lija.
Fil-post waslu membri mit-Reati Maġġuri, RIU kif ukoll Pulizija tad-Distrett.
S’issa r-raġel għadu ma ġiex identifikat. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejin, filwaqt li nfetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Neville Camilleri.
Ritratt: Martin Agius
