Lokali

Tifħir għall-ħidma li saret fil-Pitkalija biex il-prodott tal-bdiewa jasal għand il-konsumatur

L-Organizzazzjoni tal-Koperattivi Maltija fi stqarrija faħħret il-ħidma li saret fl-aħħar jiem fil-Pitkalija biex kien assigurat li l-prodott tal-bdiewa jasal xorta għand il-konsumatur, minkejja l-inkwiet li hemm bħalissa.

L-Organizzazzjoni innutat ir-reżiljenza li wrew dawk kollha involuti, fosthom il-Koperattiva Ċentrali tal-Bdiewa u qalet li hu ta’ sodisfazzjon li naraw il-prinċipji Koperattivi mħaddma permezz tal-Koperattiva FCCS fosthom il-koperazzjoni flimkien kif ukoll l-impenn lejn il-kommunità.

Fi stqarrija intqal li l-valuri koperattivi tal-għaqda u koperazzjoni li wasslu li l-bdiewa tagħna biex jieħdu deċiżjonijiet biex jissalvagwardjaw l-għixien tagħhom.

Fejn hemm l-għaqda u l-koperazzjoni minn kulħadd, qalet l-organizzazzjoni jinstabu s-soluzzjonijiet, u sostniet li l-għan tagħha hi li toffri l-appoġġ kollu lill-koperattivi f’pajjiżna biex ikun żgurat is-sostenibbilità tas-settur koperattiv f’pajjiżna.