Coronavirus Lokali Saħħa

Tmut persuna oħra kawża tal-pandemija – 55 każ ġdid

Għat-tieni jum konsekuttiv sfortunatament il-każi attivi reġgħu bdew jiżdiedu.

Dan hekk kif huma 55 il-każi ġodda rreġistrati fl-aħħar 24 siegħa sabiex b’hekk il-każi totali rreġistrati minn meta bdiet il-firxa tal-pandemija f’pajjiżna qed jammontaw għal 29,463 – bil-każi attivi jammontaw għal 554.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li bejn l-Erbgħa u l-Ħamis tilef ħajtu raġel ta’ 76 sena kawża tal-pandemija waqt li kien jinsab rikoverat fl-Isptar Mater Dei.

Għaldaqstant il-vittmi tal-pandemija issa żdiedu għal 401.

Dan filwaqt li l-persuni rreġistrati bħala mfejqa fl-aħħar 24 siegħa kienu jammontaw għal 45 bit-total ta’ mfejqa jkun dak ta’ 28,508.

Sal-Erbgħa, it-total ta’ persuni li ħadu t-tieni doża ammontaw għal 63,114.

Ikompli t-tilqim fiċ-Ċentri tas-Saħħa