Lokali Sport

BĦALISSA: Ċelebrazzjonijiet fit-toroq tal-Ħamrun

(Ritratti: Matthew Tabone)

Hekk kif tħabbar li Ħamrun Spartans saru champions tal-Kampjonat BOV Premier għall-ewwel darba wara tletin sena, kienu bosta l-partitarji ta’ Ħamrun li ħarġu jiċċelebraw madwar it-toroq tal-lokal.

Ħamrun Spartans saru champions wara li nhar l-Erbgħa l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li l-isport ma jistax jitkompla għalissa, bl-MFA wara laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv u skond l-istatut tal-istess assoċjazzjoni f’każ ta’ forza maġġuri ddeċidiet li twaqqaf il-kampjonati lokali.

Fil-każ tal-Kampjonat BOV Premier kienu ntlagħbu 75% tal-partiti li jfisser li l-klassifika li kienet waħda finali biex Ħamrun kienu konfermati champions.