Coronavirus Lokali Saħħa

Bżonn ta’ pjan ċar dwar it-tilqim fuq il-post tax-xogħol

L-MEA qed titlob li jkun hemm qafas leġislattiv u guidelines ċari sabiex ikun hemm siġurtà fuq il-post tax-xogħol.

Fi stqarrija l-MEA qalet li għandu jinħareġ Ċertifikat Ekoloġiku Diġitali li jħaffef il-proċess ta’ tilqim għal dawk l-impjegati li ma jistgħux jaħdmu mid-dar sabiex tinkiseb il-herd immunity fl-iqsar żmien possibbli.

Min iħaddem jeħtieġ assigurazzjoni dwar it-trattament ta’ impjegati li jagħżlu li ma jitlaqqmux mingħajr raġuni ġustifikata. F’każijiet bħal dawn, min iħaddem għandu wkoll id-dmir li jagħmel ittestjar frekwenti ħalli tkun imħarsa s-saħħa tal-impjegati.

Dwar il-leave ta’ kwarantina, l-MEA qalet li dan m’għandux jitħallas minn min iħaddem, filwaqt li min iħaddem għandu jkollu d-dritt li jitlob ċertifikazzjoni tat-tilqim qabel jimpjegaw lil xi ħadd.

Dan kollu ħareġ waqt webinar li organizzat l-MEA dwar il-vaċċin u l-postijiet tax-xogħol.