Fil-Bulettin Mediku li jitwassal kull ġimgħa, il-Professur Charmaine Gauci qalet li daħlu b’kollox 119 rapporti ta’ side-effects relatati mal-vaċċin kontra l-Covid-19, li minnhom 77 ħarġulhom effetti minimi wara li ħadu l-Pfizer u 41 wara li ħadu l-AstraZeneca.
Illum ġie żvelat illi daħlu żewġ rapporti ta’ każijiet ta’ trombożi, bl-ebda wieħed minnhom ma kien konfermat li kellu rabta mal-vaċċini li qed jingħataw f’pajjiżna. Iż-żewġ rapporti kienu relatati mal-Pfizer u mal-AstraZeneca.
Prof. Gauci kkonfermat li kien hemm żewġ każi ta’ persuni li daħlu pożittivi mill-ajruport. Dan għamlu t-test mal-wasla tagħhom. Il-MAM ilha żmien twil tgħid li persuni m’għandhom qatt itiru lejn Malta jekk ma jkunux għamlu swab test diġa’.
Charmaine Gauci appellat lin-nies biex jibqgħu jagħmlu sagrifiċċju. “Hemm bżonn nibqgħu inżommu sorveljanza stretta”, qalet fil-Bulettin Mediku tal-lum.
//= $special ?>