Il-każijiet attivi f’pajjiżna issa jammontaw għal 549, hekk kif bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa kellna 48 każ ġdid, u fiequ 53 persuna.
Fortuntament fl-aħħar 24 siegħa ma kellna l-ebda mewta kaġun tal-Covid-19, biex l-ammont ta’ vittmi baqa’ dak ta’ 401.
65,205 il-persuna huma mlaqqma biż-żewġ dożi tal-vaċċin, filwaqt li fl-aħħar ħinijiet kellna 2,036 swab test.
Minn Marzu 2020 ‘l hawn kelna 29,511, bl-ammont ta’ każijiet li fiequ huwa 28,561.
Dak li ħareġ mill-bulletin mediku:
Fl-aħħar jiem kien hemm 119 rapport ta’ side effects wara li jkun ittieħed il-vaċċin ta’ Covid-19.
- 77 mill-119 każ kienu mill-vaċċin tal-Pfizer
- 41 minn AstraZeneca
- 1 ma kienx hemm rendikont liema vaċċin ħadet.
75% tal-każijiet li hawn f’pajjiżna huma mill-varjant Ingliż.
Fil-Bulletin Mediku li twassal mill-Professur Charmaine Gauci ġie żvelat illi daħlu żewġ rapporti ta’ każijiet ta’ trombożi – ghalkemm s’issa ghad ma kienx hemm konferma jekk hemmx rabta mal-vaċċini li qed jingħataw f’pajjiżna. Iż-żewġ rapporti kienu relatati mal-Pfizer u mal-AstraZeneca.
Net News saqsa lil Professur Charmaine Gauci rigward il-każijiet tat-trombożi wara li ttieħet il-vaċċin, u jekk dawn l-isess każijiet waslux għall-mewt ta’ dawn l-individwi.
“Meta jkun hemm rapporti ta’ xi side-effects li huma relatati mal-mediċini u l-vaċċin, dawn jiġu investigati mill-MA u dawn jibqgħu jsegwu dawk ir-rapporti mal-kliniċi li jkunu rrapurtaw dawn il-każijiet”
Mistoqsija ohra ta’ Net News kienet dwar it-tqassim tat-tilqima fl-aħħar jiem, hekk kif hemm bosta li ma nagħtawx il-vaċċin u ntbagħatu lura d-dar. Il-Professur Gauci qalet li kien hemm dewmien fil-wasla tal-vaċċin tal-Pfizer.
“Din il-ġimgħa li ġara kien li kellna delay fl-ammonti tal-vaċċini tat-tip Pfizer li kellhom u għalhekk mexxejna l-appuntamenti”
Dwar jekk id-dewmien hux se jaffetwa ħażin lil dawk il-persuni li ma ħadux it-tieni doża fil-jum li suppost kellhom jieħdu t-tilqima, is-Supridentent tas-Saħħa qalet li dan mhux iqajjem ħafna tħassib.
“Ma noqgħodux ninkwetaw li jaf ikun hemm ġurnata jew tnejn differenza, dan hu l-intervall li jkun hemm bejn l-ewwel u t-tieni doża u għalkemm id-data nbidlet, xorta ma tantx hemm lok għal tħassib”
Tul il-bullettin mediku tagħha, il-Professur Charmaine Gauci qalet li bħalissa hemm 15 il-pazjent fl-ITU bil-pazjenti għandhom bejn il-45 u 75 sena.
Il-Professur Charmaine Gauci meta mistoqsija dwar it-tiġijiet qalet li se jkun hemm stennija sal-1 ta’ Ġunju, biex jaraw jingħatawx il-permessi għat-tiġijiet.
//= $special ?>