Futbol Sport

Daniele De Rossi rikoverat l-isptar kawża tal-COVID-19

L-eks midfielder ta’ Roma u tat-tim nazzjonali Taljan Daniele De Rossi kien rikoverat fl-Isptar Spallanzani f’Ruma kawża tal-COVID-19. De Rossi rriżulta pożittiv għall-coronavirus ftit tal-jiem ilu meta kien parti mit-tim nazzjonali Taljan wara li nħatar bħala wieħed mill-membri fl-istaff ta’ Roberto Mancini.

Jidher li numru ta’ players li kienu parti mit-tim nazzjonali Taljan irriżultaw pożittivi fl-aħħar jiem. Skond ir-rapporti fil-midja Taljana, jidher li De Rossi jinsab fi stat ta’ saħħa tajba u ddaħħal biss l-isptar bħala prekawzjoni.