Lokali Qorti

Erba’ snin ħabs fuq serq u pusses ta’ sikkina

Raġel mill-Isla ntbagħat erba’ snin il-ħabs wara li ammetta li seraq mara meta kien armat b’sikkina. Joseph Brincat li xogħolu hu li jqiegħed il-madum ta’ 34 sena, ammetta l-akkużi ta’ serq aggravat u pussess illegali ta’ sikkina quddiem il-maġistrat Ian Farrugia.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Lydon Zammit, flimkien mal-Ispetturi Stephen Gulia u Sarah Zerafa, qal li l-pulizija kienu qed jinvestigaw rapport li ntużat arma fl-arma wara ‘hold-up’ fuq mara barranija fl-4 ta’ April.

Il-Pulizija rnexxielha tiskopri li wieħed mill-ħallelin kien Brincat. Huwa ġie arrestat nhar l-Erbgħa u nstab ukoll li kien involut f’reati oħra. Brincat ikkoopera mal-pulizija, qal Zammit.

Il-Maġistrat Farrugia wissa lir-raġel b’mod solenni li l-ammissjoni tiegħu tista’ tfisser ħabs għalih, iżda r-raġel baqa’ jippersisti u jgħid li hu kien li wettaq ir-reati.

L-avukat tal0għajnuna legali Jason Grima, qal li l-minimu kien ta tliet snin ħabs. Huwa talab għal piena qrib il-minimu, u rrimarka li r-raġel għamel ammissjoni bikrija u kellu problema tad-droga.

Il-Qorti ikkundanna lir-raġel għal erba’ snin ħabs u rrakkomandat li jkun ittrattat għall-vizzju tad-droga fil-ħabs. Huwa ġie mmultat ukoll €116 għal pussess ta’ sikkina mingħajr liċenzja