Lokali

Facebook, Instagram u Whatsapp jieqfu jaħdmu għal xi ħin

Diversi siti popolari madwar id-dinja waqfu jaħdmu għal xi ħin wara problemi li laqtu lill-utenti tagħhom madwar id-dinja.

Il-problema jidher li affettwat fost oħrajn lil Facebook, Whatsapp u Instagram, li lkoll huma mmexxija mill-istess kumpanija ta’ Mark Zuckerberg.

Din hi t-tielet darba fl-aħħar xhur li dawn is-siti, li jintużaw minn miljuni ta’ persuni madwar id-dinja kollha, irreġistraw problemi.