Sport Sport Ieħor

Għada ssir il-Grand National fir-Renju Unit

(Ritratt: EPA)

The Storyteller kien l-uniku żiemel li rtira mill-grupp ta’ erbgħajn wieħed għall-aktar tellieqa importanti fir-Renju Unit – il-Grand National li se ssir nhar is-Sibt 10 ta’ April. Riżultat ta’dan Blaklion kien l-aħħar żiemel b’post garantit fil-korsa ta’ Aintree. Some Neck u r-rebbieħ tal- Grand National ta’ Wales Secret Reprieve huma riżervi li jistgħu jsibu post fil-lista finali jekk ikun aktar żwiemel li jirtiraw sa ġurnata qabel it-tellieqa.

Patrick Mullins ser jirkeb il-favorit Burrows Saint li għandu bħala trainer lil missieru Willie Mullins. Nieqes minn din l-edizzjoni Paul Townend li weġġa riġlejh. Cloth Cap, ittrenjat minn Jonjo O’Neill huwa favorit 4 ma’ 1 fejn jekk jirbaħ ifisser li l-proprietarju Trevor Hemmings ikun kiseb ir-raba’ rebħa bil-kuluri tradizzjonali tiegħu aħdar , isfar u abjad . L-edizzjoni tal-Grand National tal-2020 kienet tħassret minħabba l-coronavirus filwaqt li din is-sena f’Aintree mhux se jkun hemm spettaturi. Madankollu l-pulizija ser tħalli sa gruppi ta’ sitta biex jisegwu minn barra l-korsa f’Merseyside.