Lokali

Gvern reattiv għall-proposti li ħabbar il-PN fil-qasam tat-turiżmu

Il-Gvern qed jerga’ jkun reattiv, din id-darba għall-proposti li ħabbar din il-ġimgħa l-Kap tal-PN Bernard Grech għas-settur tat-turiżmu. U filwaqt li l-Ministru Clayton Bartolo ħabbar proposti ta’ malajr…spiċċa għamel taħwida kbira għaliex ħareg jgħid li ġejja lejn Malta kumpanija tal-ajru ġdida, meta fil-verita din diġa’ kienet topera qabel.

Intant, ebda ħjiel dwar meta ser jerġgħu jibdew isiru t-tiġijiet bil-mod kif kienu jsiru qabel faqqgħet il-pandemija tal-COVID-19 f’pajjiżna. Dan hekk kif il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo għażel li jinjora mistoqsija li għamillu Net News waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet il-Ġimgħa waranofinhsar.

Dan ifisser li dawk kollha li kellhom il-pjan li jiżżewwġu f’dawn ix-xhur li ġejjien… għadhom b’qalbhom imtertqa ma jafux x’ser jiġri minn dan il-jum speċjali għalihom. F’limbu wkoll id-diversi negozji li jipprovdu servizzi fit-tigijiet.

Bħalissa t-tiġijiet huma mwaqqfa kompletament u jistgħu biss isiru quddies taż-żwieġ mingħajr ebda festin wara.

Minn naħa l-oħra, mistoqsi wkoll dwar jekk hemmx ħjiel jekk minn Ġunju hux ser ikunu qed jibdew isiru attivitajiet tal-massa bħall-festi u kunċerti… il-Ministru saħaq li dawn mhux ser ikunu qed isiru.

Il-Ministru saħaq li qabel ma jibdew isiru attivitajiet tal- massa, trid tittieħed deċizjoni mill-awtoritajiet tas-Saħħa.