Futbol Sport

Ħamrun Spartans b’appell għal kawtela lill-partitarji tagħhom

Hekk kif illum mistennija tittieħed id-deċiżjoni dwar l-eżitu tal-Kampjonat BOV Premier, fid-dawl li dan mhux se jkun jista’ jitkompla minħabba li r-resrtizzjonijiet fuq l-isport baqgħu fis-seħħ, il- klabb ta’ Ħamrun Spartans fi stqarrija appella lil partitarji għal kawtela u responsbailita’, tkun xi tkun id-deċiżjoni.

Ħamrun Spartans qalu li se jkunu f’kuntatt dirett mal-puluzija sabiex jkun żgurat li d-direttivi ta-saħħa ma jinkisrux, kemm jekk ikunu iddikjarati champions kif ukoll jekk ikun deċiż mod ieħor. Fl-eventwalita’ li Ħamrun jkunu iddikjarati champions il-klabb saħaq li se tinstab data oħra fil-futur, li matulha jkunu jistgħu jsiru iċ-ċelebrazzjonijiet organizzati, jekk peremessi mill-direttivi marbuta mal-pandemija.

Ħamurn jinsabu fl-ewwel post tal-Kampjonat BOV Premier b’56 punt, bid-deċiżjoni dwar jekk hux se jkunu nkuruntati champions mistennija tkun diskussa illum waqt il-laqgħa tal-Kumitat Eżektuttiv tal-MFA li mistennija tibda għas-2.30pm.