Lokali Mużika

Iffirmat kuntratt bejn Destiny u Sony Music

Wara bosta offerti mill-ġganti tal-industrija tal-mużika, il-maniger ta’ Destiny jikkonferma ftehim dinji ma ‘Sony Music’ għas-silta mużikali Je Me Casse.

Sony Music mhux biss jemmnu li Je Me Casse hija favorita li tirbaħ il-konkors iżda wkoll għandha potenzjal kbir madwar id-dinja.

Destin qalet li “Din hija ħolma li qed issir realtà u dan huwa xhieda li ninsab fit-triq it-tajba u li x-xogħol iebes qed iħalli l-frott.” Hija qalet li tinsab ħerqana li tibda din l-avventura fil-karriera mużikali tagħha ma’ Sony Music.

Sony Music qalu li huwa ta’ pjaċir kbir għalihom li jikkonfermaw l-iffirmar mal-artista Destiny għall-kanzunetta “Je me Casse” bil-ħiseb li isem Destiny isir wieħed dinji.

Fi ftit ġimgħat il-kanzunetta ‘Je Me Casse’ laħqet aktar minn 3 miljun view fuq YouTube u aktar minn 550,000 stream fuq Spotify u dan huwa biss il-bidu.