Futbol Sport

Ikomplu jiżdiedu l-problemi għal Fulham

(Ritratt: EPA)

F’konfront dirett minn naħa t’isfel tal-klassifika, Wolves kisbu rebħa importanti ta’ 1-0 fuq Fulham biex b’hekk it-tim ta’ Nuno Espirito Santo kompla jitbiegħed miż-żona relegazzjoni filwaqt li Fulham baqgħu fit-18-il post.

Wolves ħasbu li fetħu l-iskor ftit minut qabel tmiem l-ewwel taqsima meta Daniel Podence għadda lejn Willian Jose li kkonkluda għal wara Areola. Wara konsultazzjoni twila mal-VAR ir-referee għażel li jħassar il-gowl wara li Jose kien f’pożizzjoni ta’ offside. Il-gowl deċiżiv ta’ Wolves kien skorjat fl-aħħar żewġ minuta meta minn pass fit-tul ta’ Fabio Silva, kien ADAMA TRAORE li niżżel tajjeb u kkonkluda mingħajr diffikultà.

PREMIER LEAGUE

Illum: Fulham v Wolves 0-1 Għada: Man City v Leeds 1.30pm, Liverpool v Aston Villa 4.00pm, C. Palace v Chelsea 6.30pm Il-Ħadd: Burnley v Newcastle 1.00pm, West Ham v Leicester 3.05pm, Tottenham v Man Utd 5.30pm, Sheff Utd v Arsenal 8.00pm It-Tnejn: WBA v Southampton 7.00pm, Brighton v Everton 9.15pm