Futbol Sport

Il-kampjonati tal-futbol f’Għawdex mistennija jiġi ddikjarati ‘null’

Wara li tħabbar li l-isport lokali mhux se jkun jista’ jitkompla fil-ġimgħat li ġejjin, waqt laqgħa tal-Gozo Football Association, il-klabbs Għawdxin ivvutaw favur li l-kampjonati tal-futbol f’Għawdex jiġu ddikjarati ‘null’.

Id-deċiżjoni tal-klabb Għawdxin tgħaddi għand l-MFA li fis-sigħat li ġejjin istennija tieħu deċiżjoni finali dwar il-futur tal-kampjonati kollha lokali tal-futbol. Jekk l-MFA taċċetta d-deċiżjoni tal-klabb Għawdxin, dan ifisser li l-kampjonati tal-Ewwel u t-Tieni Diviżjoni f’Għawdex ma jiġux assenjati u ma jkunx hemm lanqas promozzjonijiet jew relegazzjoni.

Meta ddaħħlu r-restrizzjonijiet u twaqqaf il-kampjonat, Għajnsielem FC kienu fil-quċċata tal-Ewwel Diviżjoni b’vantaġġ ta’ 6 punti fuq Nadur Youngsters F.C. u Victoria Hotspurs FC, waqt li Qala Saints FC kienu 7 punti quddiem F.C. Għarb Rangers fit-Tieni Diviżjoni.