Lokali

Il-Ministri jibqgħu ma jwiġbux

Il-Ministri tal-Gvern jibqgħu skomdi ferm iwieġbu ghall-allegazzjonijiet li ħarġu mill-Koħħu u mill-Aħwa Degiorgio…fejn qed jissemma l-involviment ta’ eks Ministru Laburista u Ministru preżenti, f’reati gravi li seħħew numru ta’ snin ilu.

Quddiem dawn l-iżviluppi serjissimi, il-Ministri tal-Gvern ta’ Robert Abela qed jibqgħu jaħarbu mill-mistoqsijiet ta’ Net News u ma jridux jgħidu jekk saqsewx ghall-isem tal-Ministru li qed iċappas Kabinett sħiħ.

Bil-Kummissarju tal-Pulizija jgħidilna li ma jistax jagħti informazzjoni dwar l-investigazzjonijiet li tkun qed tagħmel il-Pulizija.

Intant, għadu mhux ċar meta se jkun qed jinġieb Malta l-eks Direttur Maniġerjali tal-Allied Group Adrian Hillman. It-talba għall-estradizzjoni tiegħu mir-Renju Unit saret fil-jiem illi għaddew.

Mistoqsi dwar dan, Angelo Gafa għal darb’oħra jibqa’ ma jweġibx u jerġa’ jtenni li ma jista jagħti ebda informazzjoni.

Tags