Coronavirus Lokali Saħħa

Il-protokolli li se jiddaħħlu fid-Djar tal-Anzjani

Min-nhar it-Tnejn li ġej, id-Djar tal-Anzjani se jkunu qed jilqgħu mill-ġdid il-viżitaturi. Iżda dan se jsir taħt numru ta’ restrizzjonijiet. Dawn il-protokolli se jkunu segwiti fid-Djar tal-Anzjani fejn tlaqqmu mill-inqas 90% tal-anzjani bit-tieni doża u għaddew ħmistax il-ġurnata minn mindu seħħ dan.

Protokolli:

  • L-Anzjani jistgħu jduru fid-Dar u l-btieħi u jużaw il-common areas, jieklu fid-dining room, isiru attivitajiet mill-istaff u attivitajiet reliġjużi
  • Jistgħu jsiru attivitajiet kuturali, edukattivi u ta’ rikreazzjoni dment li jkunu osservati l-protokolli.
  • Viżti mill qraba taht ċerti regoli: Sa 2 persuni mill-istess household wara li jkunu għamlu appuntament mad-Dar tal-Anzjani. Din il-viżta ddum għal 25 minuta. Se jkun qed jitneħħa l perspex. Se jkun hemm post speċifiku fejn jiltaqgħu mal-qraba tagħhom. Tittieħed it-temperatura, jintuża s-sanitiser, tintlibes maskra l-ħin kollu u tinżamm id-distanza ta’ 2 metri.
  • Jekk isiru testijiet u jinstab li hemm xi anzjan/anzjana li huma pożittivi, dawn jinħarġu immedjatament minn dik id-Dar u jitpoġġew f’Dar oħra apposta sakkemm jittestjaw negattiv.

Il-protokolli li se jkunu segwiti f’San Vinċenz de Paule se jkunu ftit differenti dan hekk kif tlaqqmu madwar 97% tar-residenti. Hawnhekk qraba minn households differenti jistgħu jattendu fl-istess ħin iżda f dan il-każ jintuża l-perspex. Il-qraba jridu jilbsu maskra u visor l-ħin kollu.