Il-Kamra tal-SMEs iddiskutiet il-proposti tal-Enerġija tal-Partit Nazzjonalista li kienu ppreżentati lilhom mill-Kelliema tal-Oppożizzjoni għall-Enerġija Ryan Callus.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tan-negozji żgħar u medji, Abigail Mamo kellha kliem pożittiv għal din l-istrateġija tal-PN u saħqet li Malta trid tkun kuraġġuża u aggressiva bil-politika tagħha dwar l-Enerġija.
Iċ-Chamber of SMEs, qalet li L-isfidi li jiffaċċja s-settur tat-trasport privat f’dan ir-rigward huma numerużi, fejn fost l-oħrajn semmew il-limitazzjonijiet ta’ faċilitajiet infrastrutturali .
Id-Deputat tal-PN, Ryan Callus innota wkoll in-numru ta’ proposti mressqa mill-Kamra dwar sorsi rinnovabbli, Feed in Tariff (FIT) u skemi ta’ għotjiet, li se jiġu eżaminati u integrati fil-politika tal-PN ladarba jitlesta l-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika.
//= $special ?>