Lokali

Iweġġa’ gravi wara inċident fis-Swieqi

Ilbieraħ filgħaxija, għal ħabta tal-23.00, il-Pulizija ġiet infurmata mill-Isptar Mater Dei li kien hemm persuna li sofriet ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident fi Triq Fomm il-Għeliem, Swieqi.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li rriżulta li ġuvni ta’ 21 sena li jgħix Birkirkara waqa’ it-taraġ ġo residenza.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna u l-ġuvni ttieħed l-isptar għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.