Internazzjonali

Jitneħħa l-ilbies tal-maskri fuq barra f’Ġibiltà

Sitt xhur wara li ddaħħlet fis-seħħ il-miżura tal-ilbies tal-maskri fit-toroq u fuq barra.. in-nies f’Ġibiltà jinsabu lura għan-normal wara li issa jistgħu joħorġu fi spazji pubbliċi u fuq barra mingħajr ilbies tal-maskra.

Dan minkejja li fil-ħwienet u waqt użu ta’ mezzi ta’ trasport pubbliku, dawn għandhom jibqgħu jintlibsu.

Il-Gvern ta’ Ġibiltà stqarr li dan qed isir minħabba li biċċa l-kbira tal-popolazzjoni adulta f’Ġibiltà tlaqqmet u l-każi ta’ Coronavirus kienu baxxi ħafna.

In-numru ta’ mwiet fit-territorju Ingliż, li għandu popolazzjoni ta’ 33,700 persuna, kien ta’ 94.