Lokali

L-isptar wara inċident fin-Naxxar

Taljan residenti n-Naxxar ta’ 58 sena ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza wara inċident li seħħ fi Vjal il-Labour fin-Naxxar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10am meta għal xi raġuni seħħ impatt bejn mutur u karozza.

Is-sewwieq tal-karozza, raġel ta’ 25 sena minn Ħaż-Żabbar li kien qed isuq Citroen Berlingo, fortunatament ma ġarrab l-ebda ġrieħi.