Lokali

Repubblika jikkundannaw lil Zammit Lewis u lil Bedingfield

Permezz ta’ ittra lill-PM Robert Abela l-għaqda Repubblika talbet biex hu jieħu azzjoni immedjata u deċiżiva favur imġieba etika u korretta mill-Ministri u l-Membri Parlamentari u jieqaf jaħrab milli jerfa’ r-responsabbiltà.

L-ittra qalet li Abela huwa responsabbli tan-nuqqasijiet li qed jagħmlu l-Ministri u l-MP’s tiegħu.

Republikka tennew li jinsabu diżgustati bl-imġieba tal-Ministru Edward Zammit Lews u Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista Glenn Bedingfield li bagħtu ittra lill-ispeaker fejn qalu li mhux se jattendu għal-laqgħa li għandha ssir illum dwar l-allegat ksur tal-Kodiċi ta’ Etika mill-Ministru Karmenu Abela mill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, wara ilment li ressqu huma.

Republikka qalu li dan huwa logħob bil-kliem u insult lill-poplu Malti.

Huma qalu li l-laqgħa kellha ssir tliet ġimgħat ilu, u kemm Zammit Lewis u kif ukoll Beddingfield telqu ‘l barra.

Repubblika komplew li Robert Abela jrid jikkontrolla d-deputati tiegħu, fejn hemm Membri min-naħa tal-Gvern li qed jgħattu lil xulxin minflok iħarsu lill-poplu Malti.