Lokali

RITRATTI: Ir-rabta li kellu l-Prinċep Philip ma’ pajjiżna

Aktar kmieni llum tħabbret il-mewt ta’ Prinċep Philip, id-Duka ta’ Edinburgh fl-età ta’ 99 sena.

Il-Prinċep Philip kellu konnessjoni mill-qrib ma’ pajjiżna wara li, f’żgħożitu, kien għamel żmien residenti f’pajjiżna.

Ir-rabta tal-Prinċep Philip żgur mhux forsi se tibqa’ mnaqqxa fl-istorja ta’ pajjiżna, fejn tibqa’ tispikka l-imħabba li kellhom il-koppja Rjali lejn Malta, b’mod partikolari, l-imħabba li kellu l-Prinċep Philip.

Ir-Reġina min-naħa tagħha dejjem iddeskriviet bi kleim sabiħ il-perjodu meta għexet f’Malta; ‘il boghod mill-attenzzjoni tal-media Ingliża.

F’dak il-perijodu l-Prinċep Philip kien stazzjonat Malta mar-Royal Navy.

Id-Duka ta’ Edinburgh reġa’ ġie wkoll f’pajjiżna meta ngħatajna l-Indipendenza, frott il-ħidma ta’ Gorg Borg Olivier, filwaqt li ma naqsux żjarat oħra tul is-snin – partikolarment fil-laqgħat taċ-CHOGM.

Permezz ta’ messaġġ fuq il-media socjali, il-Kap tal-PN Bernard Grech, esprima s-sogħba tiegħu għat-telfa tal-Prinċep Philip u wassal il-kondoljanzi lill-familja Rjali, b’referenza wkoll għal kif il-pajjiżi tal-Commonwealth illum qed jibku t-telfa ta’ persuna li kien ammirat minn bosta.