Futbol Sport

Tarxien, Żejtun u Lija jopponu li jkunu relegati

Il-klabbs ta’ Tarxien, Żejtun u Lija fi stqarrijiet separati ressqu argumenti kontra id-deċiżjoni li ttieħdet aktar kmieni llum, fejn dawn il-klabbs flimkien ma’ Senglea ġew relegati għall-BOV Challenge League.

L-istqarrija ta’ Tarxien Rainbows u Żejtun Corinthians

Fi stqarrija konġunta il-President ta’ Tarxien Anhtony Cassar u l-President ta’ Żejtun Jospeh Gauci, elenkaw li kemm il-darba fil-BOV Challenge League ma laħqux intlagħbu 75% tal-partiti, u għalhekk il-kampjonat ġie dikjarat null, allura il-Kampjonat BOV Premier ma jistgħux jintlagħbu l-playoffs għar-relegazzjoni u promozzjonijiet mill-BOV Challenge League.

Fl-ittra tagħhom iż-żewġ timijiet innutaw ukoll li regola oħra fl-istatut tal-MFA tindika li l-istaġun li ġej (2021/2022) il-Kampjonat BOV Premier irid ikun b’14-il tim.

Il-klabbs ta’ Tarxien u Żejtun, fl-istqarrija, irrimarkaw ukoll episodju preċedenti fl-istaġun 2009/10, fejn meta ġew relegati it-tmijiet tal- Premier Vittoriosa u Marsaxlokk, it-timijiet li tal-Premier Ħamrun u Msida ġew mogħtija preferenza mit-timijiet tal-ewwel diviżjoni, minħabba regola li tistipula li timijiet tal-Premier jingħataw prijorita’ fuq dawk tal-ewwel diviżjoni.

L-istqarrija ta’ Lija Athletic

Sadanittant, fi stqarrija separata, il-President ta’ Lija Dr. Peter Fenech, ukoll elenka diversi argumenti kontra ir-relegazzjoni. Fost il-punti msemmija, Dr.Fenech qabel ma’ dak li qed jgħidu fl-istqarrija tagħhom Żejtun u Tarxien, fejn ir-regola li tistipula li jiġu relegati għaliex intlagħbu il-75% tal-partiti, ma tistax tkun infurzata għaliex il-BOV Challenge League ġie dikjarat null.

Il-President ta’ Lija irrrimarka li ma r-regoli stipulati għall-istaġun 2020/21 li jiddikjaraw lit-tim fl-ewwel post champion u li jkun hemm relegazzjoni tal-aħħar erba’ timijiet, hemm ukoll stipulata r-regola li jkun hemm il-playoff bejn it-tim tal-ħames post mill-aħħar fil-Kampjonat Premier u bejn it-tim fit-tielet post tal-BOV Challenge League.

Konsewgwenza ta’ dan, il-President ta’ Lija saħaq li r-regoli msemmija ma jistgħux jkunu parzjalment implimentati, fejn iddikjara li l-Kampjoant għandu jew jitkompla f’data futura jew inkella jiġi dikjarat null.