Futbol Sport

Tiġi fi tmiemha l-karriera mill-aqwa ta’ Andrew Cohen

Andrew Cohen ta’ Gżira ġie vvutat l-aqwa plejer tas-sena

Wara li tħabbar li l-kampjonati lokali tal-futbol kienu qed jitwaqqfu, Gżira United permezz ta’ messaġġ fuq Facebook ħabbru li l-midfielder ta’ 39 sena Andrew Cohen irtira mill-futbol. Fi tmiem is-sena li għaddiet f’intervistà li saritlu mill-paġna ta’ Gżira kien indika li fi tmiem dan l-istaġun hu kien se jiritira mill-karriera tiegħu bħala player u jiffoka fuq il-karriera ta’ coach.

Cohen li beda l-beda l-karriera tiegħu ma’ Hibernians jibqa’ mfakkar bħala wieħed mill-aqwa midfielders u wieħed mill-aktar players tekniċi li qatt ra l-futbol Malti. Hu lagħab 406 partita ma’ Hibernians fejn rebaħ tliet darbiet il-Kampjonat Premier u erba’ darbier l-FA Trophy kif ukoll darba s-Super Cup.

Fl-2017, Cohen ħalla lil Hibernians fejn issieħeb ma’ Gżira United fejn aktar tard wara nħatar fil-kariga ta’ player/assistent coach. Mal-Maroons, Andrew Cohen lagħab 84 partita u kien strumentali biex Gżira rnexxielhom għall-ewwel darba jikkwalifikaw għall-Ewropa.

Mat-tim nazzjonali Malti Andre Cohen iddebutta fl-2004 u lagħab 68 partita fejn rnexxielu jiskorja darba. Fuq livell personali, Cohen rebaħ erba’ darbiet il-Player tas-Sena tal-MFA bl-aħħar darba li rebaħ dan l-unur kien fl-istaġun 2017/18 fl-età ta’ 36 sena.