79 organizzazzjonijietqegħdin jappellaw lill-G vern biex jirtira l-Avviżi Legali li jirregolaw attivitajiet tal-Kollezzjonijiet Pubbliċi u l-leġiżlazzjonijiet tal-Ħwienet tal-Karità b’mod immedjat u jibda konsultazzjoni serja mal-għaqdiet volontarji u l-Kunsill tal-istess settur biex tinstab l-aħjar triq f’dan ir-rigward.
L-għaqdiet volontarji insistew li jemmnu li huma għandhom dejjem ikunu trasparenti u kontabbli fl-operat tagħhom. Il-Liġi (ATT Nru. XXXVI tal-2018) li tirregola dawn l-għaqdiet għenet biex dan ikun assigurat.
Madankollu, l-għaqdiet sostnew li l-Avviżi Legali 371 u 390 (2020) dwar regolamenti għal attivitajiet tal-Kollezzjonijiet Pubbliċi u l-leġiżlazzjonijiet tal-Ħwienet tal-Karità li ħarġu dan l-aħħar, għalkemm huma ddikjarati li qed jiġu introdotti biex tissaħħaħ it-trasparenza u l-kontabilità, fil-prattika, se jkunu qegħdin joħolqu burokrazija żejda li l-għaqdiet mhumiex ippreparati għaliha. Dawn ir-regolamenti li qed jiddaħħlu bla ebda konsultazzjoni (li l-Liġi f’artiklu 39 1,1a tippromwovi l-konsultazzjoni) mal-għaqdiet volontarji nfushom qed imorru ’l hinn mill-iskop iddikjarat tagħhom, u f’numru ta’ aspetti qed jintroduċu xogħol dupplikat u bla bżonn li se tissarraf f’telfien ta’ dħul finanzjarju kbir li dawn l-għaqdiet tant għandhom bżonn biex ikunu jistgħu jkomplu joperaw b’mod speċjali f’dan iż-żmien ta’ pandemija (post-COVID).
Huma sostnew li min ilu jaħdem fis-settur tal-volontarjat jaf li ħafna minn dak li qed jiġi mitlub mill-għaqdiet volontarji permezz ta’ dawn l-Avviżi Legali mhuwiex prattiku, ma jirriflettix ir-realtajiet li dawn l-għaqdiet joperaw fihom u se jpoġġu piż kbir fuq ir-riżorsi umani li parti kbira minnu jsir b’mod volontarju, kif ukoll impatt finanzjarju tal-għaqdiet infushom, liema piż se jwassal biex jiddemoralizza bil-kbir lil min imexxi dawn l-għaqdiet għad-detriment tal-benifiċjarji tagħhom.
L-għaqdiet qalu li jemmnu li r-regolamenti eżistenti biex jassiguraw it-trasparenza u kontabilità huma għodda li għandha tilħaq l-għan iddikjarat. Ikun iktar għaqli jekk tassew nemmnu fis-settur li jingħata bidu għall-konsultazzjoni serja mal-għaqdiet volontarji kollha biex tinstab l-aħjar triq f’dan ir-rigward għall-ġid tas-settur volontarju, tal-għaqdiet, ħaddiema, voluntiera u benifiċjarji, temmew jgħidu l-għaqdiet.
L-istqarrija kienet iffirmata minn dawn l-għaqdiet:
| Dar tal-Providenża VO/1066 Action for Breast Cancer Foundation VO/0058 |
| Aditus Foundation VO/0512 |
| African Media Association VO/0997 |
| Alleanza Kontra l-Faqar VO/0816 |
| Anti Poverty Forum VO/0271 |
| Association of Podiatrists Malta VO/0588 |
| Association of Speech Language Pathologists VO/0301 |
| Assoċjazzjoni Radju Marija Malta VO/1584 |
| Azzjoni Kattolika Maltija VO/1743 |
| BoscoCrew VO/0716 |
| Chorus Urbanus VO/1542 |
| Dar Hosea VO/1365 |
| Don Bosco Foundation VO/1725 |
| Equal Partners Foundation VO/044 |
| Families for Christ Community VO/1383 |
| Fondazzjoni Arka VO/0032 |
| Fondazzjoni Assistenza Soċjali VO/1571 |
| Fondazzjoni Caritas Malta VO/1576 |
| Fondazzjoni Kana VO/1269 |
| Fondazzjoni Nazareth VO/0336 |
| Fondazzjoni Opri Soċjali VO/1415 |
| Fondazzjoni Sebħ VO/1622 |
| Fondazzjoni U (Xandir Soċio Reliġjuż) VO/0276 |
| Foundation of the Malta Emigrants’ Commission VO/1565 |
| Friends of Villa Frere VO/0847 |
| Għajnsielem Redcoats VO/1312 |
| Ghana Mission Foundation VO/0486 |
| Gozo NGO’s Association VO/0145 |
| Gozo SPCA VO/0069 |
| Grupp tal-Armar 6 ta’ Diċembru VO/1721 |
| Home Away from Home VO/0774 |
| Integra VO/0570 |
| Jesuit Refugee Service Malta VO/0064 |
| Koperazzjoni Internazzjonali – Malta (Kopin) VO/0200 |
| Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani EN 0017 |
| Kunsill Studenti Universitarji KSU VO/0531 |
| LifeNetwork Foundation VO/1070 |
| Malta Association of Crohn’s & Colitis VO/379 |
| Malta Association of Occupational Therapists VO/403 |
| Malta Beekeepers’ Association VO/1527 |
| Malta Federation of Professional Associations VO/0168 |
| Malta Health Network VO/0076 |
| Malta Trust Foundation VO/1761 |
| Maltese Association of Social Workers VO/0189 |
| Maltese Association of Youth Workers VO/0459 |
| Maltese National Federation of the Past Pupils of Don Bosco VO/1250 |
| Mental Health Association (Malta) VO/0317 |
| Millenium Chapel VO/0022 |
| Missio Malta VO/1178 |
| Moviment Graffiti VO/0126 |
| Moviment Kerygma VO/1383 |
| Moviment Missjunarju Ġesù fil-Proxxmu VO/0140 |
| National Association Pensioners VO/0255 |
| OASI Foundation VO/0072 |
| Oratorju Salesjan Dingli VO/1618 |
| Osanna Pia Home – Salesians VO/080 |
| Paulo Freire Institute Foundation VO/0009 |
| Peace and Good Foundation VO/1301 |
| Prisms VO/0357 |
| Puttinu Cares Foundation VO/0087 |
| Richmond Foundation VO/0017 |
| Salesian Brigade VO/623 |
| Salesian Oratory Sliema VO/079 |
| Salesian Pastoral Youth Service VO/078 |
| Savio Athletics Club VO/1077 |
| Savio Salesian Youth VO/1956 |
| Society of Radiographers Malta VO/0648 |
| Society of St Vincent De Paule VO/1370 |
| SOS Malta VO/0063 |
| St Jeanne Antide Foundation VO/0005 |
| St. Patrick’s Past Pupils and Friends of Don Bosco Association VO/1870 |
| The Daphne Caruana Galizia Foundation VO/1633 |
| The Genetic and Genetic Counselling Association, Malta VO/1831 |
| The Past Pupils & Friends of Don Bosco, Salesian Oratory, Sliema VO/1720 |
| Women’s Rights Foundation VO/0880 |
| YMCA Valletta VO/0028 |
| Youth Alive Foundation VO/0777 |


