Lokali Sport

Bliet Ewropej qed iħarsu kif se jdaħħlu l-partitarji fl-istadiums…f’Malta l-isport wieqaf

Il-UEFA ħabbret li tmien t’ibliet li se jospitaw partiti mill-EURO 2020 se jkunu qegħdin idaħħlu lura l-partitarji fl-istadia tagħhom wara konsultazzjoni mal-assoċjazzjonijiet u l-awtoritajiet kkonċernati. B’kuntrast ma’ dan, f’Malta is-sitwazzjoni hija differenti hekk kif l-isport kollu huwa projbit milli jkun prattikat hekk kif il-Prim Ministru Robert Abela naqas milli jikkonsulta mal-assoċjazzjonijiet lokali biex jara kif l-isport f’pajjiżna jkun jista’ jirritorna minn nhar it-Tnejn.

L-istess mexxej Laburista, nhar l-Erbgħa waqt intervistà fuq programm ta’ diskussjoni qal li l-isport huwa sempliċiment “passatemp”. Din id-dikjarazzjoni qajjmet rabja fost l-atleti lokali u dawk kollha nvoluti fl-isport professjonali f’pajjiżna hekk kif ħafna minnhom f’dan il-mument ma jistgħux jitħarrġu b’konsegwenza li qed ikollhom impatt negattiv fuq is-saħħa fiżika tagħhom u anke fuq l-għixien tagħhom hekk kif l-isport għalihom huwa wkoll x-xogħol full-time tagħhom.

Sa issa 8 pajjiżi kkonfermaw li se jkunu qegħdin jdaħħlu l-partitarji fil-partiti ta’ Ġunju u Lulju fejn diversi pajjiżi taw prijorita li dan l-avveniment fil-pjan tagħhom ta’ rkupru mill-pandemija. L-ibliet li se jospitaw il-partiti bil-partitarji huma; St.Petersburg, Budapest, Baku, Amsterdam, Bucharest, Copenhagen, Glasgow u Londra.

Min-naħa l-oħra l-erba bliet oħra mit-tnax li kienu pjanati li jospitaw pariti mill-EURO 2020; Munich, Ruma, Bilbao u Dublin, se jkunu qegħdin jagħtu aktar informazzjoi sa 19 t’April, dwar il-pjan tagħhom ta kif se jospitaw il-partiti.

Waqt il-bullettin mediku dwar is-sitwazzjoni tal-COVID-19, il-Professur Charmaine Gauci lbieraħ qalet li l-isport mhux se jkun fost il-miżuri li se jiġu rilaxxati fis-26 ta’ April u b’hekk għad m’hemmx indikazzjoni dwar meta l-atleti se jkunu jistgħu jirritornaw għat-taħriġ