Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: Tmut persuna – 37 każ ġdid

Huma 37 l-każi ġodda ta’ Covid-19 irreġistrati f’pajjiżna fl-aħħar 24 siegħa – dan ifisser li t-total ta’ każi rreġistrati sa mill-bidu tal-pandemija f’pajjiżna issa qed jammontaw għal 29, 548.

Dan filwaqt li l-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li bejn l-Ġimgħa u s-Sibt tilfet ħajjitha mara ta’ 96 sena kawża tal-virus waqt li kienet rikoverata fl-Isptar Mater Dei.

Għaldaqstant il-vittmi tal-pandemija issa żdiedu għal 402.

Dan filwaqt li l-persuni rreġistrati bħala mfejqa fl-aħħar 24 siegħa kienu jammontaw għal 49 bit-total ta’ mfejqa jkun dak ta’ 28,610 bil-każi attivi issa jammontaw għal 536.

Sal-Ġimgħa, it-total ta’ persuni li ħadu t-tieni doża ammontaw għal 67,491.