Internazzjonali

Emilio Fede jispiċċa l-isptar bla ħsieb

L-eks direttur tal-kamra tal-aħbarijiet ta’ Rete 4, TG4, kellu jiddaħħal b’urġenza fl-Isptar San Raffaele wara li ġarrab waqgħa.

Il-ġurnalista li f’Ġunju mistenni jagħlaq 90 sena, sostna jista’ jgħoddha b’waħda hekk kif insista li ma jafx kif għadu fuq saqajh. Fede sostna li żelaq żelqa madanakollu fortunatament ma jinsabx f’kundizzjoni gravi.

Aktar kmieni f’Novembru Emilio Fede kien rikoverat fi sptar f’Napli wara li ttestja pożittiv għal Covid-19 madanakollu huwa insista li rkupra bi sħiħ mill-virus.