Lokali

FELTOM imħassba dwar il-futur tal-industrija

Wara li fl-aħħar jiem ġie mħabbar li l-iskejjel tal-Ingliż se jkunu qed jiftħu wara skejjel u negozji oħra, il-Federazzjoni Maltija Għat-Tagħlim bl-Ingliż (FELTOM) uriet it-tħassib tagħha dwar il-futur tal-Industrija.

Il-Federazzjoni qed tittama li l-Gvern jagħti pjan u direzzjoni ċara biex is-settur tal-iskejjel ma jispiċċax fix-xejn wara li noħorġu mill-pandemija.

L-estensjoni tal-għeluq tal-iskejjel qed twassal fix-xifer l-impjieg tal-għalliema u l-impjegati kollha, fost spejjeż oħra li iktar ma jmur iktar qed jikkumulaw.

Fl-aħħar jiem, FELTOM talbet għal laqgħa mal-Prim Ministru, Robert Abela iżda s’issa ma kellhom l-ebda tweġiba dwar dan. Dan filwaqt li qed jitolbu għal sapport finanzjarju hekk kif jekk dan ma jseħħx, l-industrija mhux se tkun qed tkampa.